> Home > Articles > Homepage > Homepage (MT)
Homepage (MT)
Date 2012  Author csfvmadmin  Hits 500  Language Maltese
ProSAVE huwa proġett Ewropew li ġie żviluppat permezz tal-kontribuzzjoni ta’ organizzazzjonijiet imsieħba mill-Bulgarija, mill-Greċja, mill-Italja, minn Malta, mir-Rumanija, mis-Slovenja u minn Spanja, li joperaw b’mod attiv fil-qasam tal-edukazzjoni.
L-għan ewlieni ta’ ProSAVE huwa li jipprevjeni l-fenomeni ta’ 'vjolenza soċjali' fost persuni tal-istess età, billi joħloq u japplika sett ta' miżuri innovattivi bbażati fuq il-prosociality, li hija bbażata fuq imġiba volontarja maħsuba biex iġġib benefiċċji lil ħaddieħor, jew lis-soċjetà b'mod ġenerali. L-għaqda tal-organizzazzjonijiet imsieħba tqis il-prosociality bħala għodda effettiva għall-promozzjoni ta' valuri universali tal-bniedem, bħal pereżempju: is-soċjalizzazzjoni, il-qsim tal-affarijiet, il-kooperazzjoni, ir-rispett, l-aċċettazzjoni tad-diversità bħala valur miżjud, il-paċi, is-saħħa psikoloġika, l-għaqda, komunikazzjoni ta’ kwalità u l-empatija.


Il-proġett ProSAVE beħsiebu jiżviluppa kooperazzjoni Ewropea biex jorganizza mogħdijiet prattiċi li jwasslu għall-ħolqien ta' "komunità li teduka" li hija ġdida, proattiva u b'saħħitha. ProSAVE jippromwovi wkoll kuntatt aħjar bejn l-iskejjel, il-familji u t-territorju sabiex jagħti saħħa mill-ġdid lid-dinamika soċjali ta' din il-komunità, biex itejjeb il-qsim ta' qafas komuni ta’ valuri, u biex iqajjem kuxjenza dwar il-kultura tal-legalità, tal-etika u tas-solidarjetà.
Il-proġett irid jestendi dan il-proċess mid-dimensjoni lokali għal dik Ewropea, biex jissodisfa l-ħtieġa għall-inklużjoni u għall-paċi li qed tinħass illum il-ġurnata, kif ukoll biex jippromwovi l-valuri tal-fraternità biex it-tfal jingħataw l-għajnuna li għandhom bżonn biex ikunu jistgħu jiffaċċjaw il-vjolenza.
Il-kontribuzzjoni ewlenija ta' ProSAVE hija l-iżvilupp ta’ netwerk Ewropew ta' "kodiċi tal-paċi" li, fil-pajjiżi differenti involuti se jiżviluppa serje ta’ kompetenzi relazzjonali li jikkostitwixxu l-bażi ta' "sens ċiviku attiv". Dan fih il-metodoloġiji, indirizzati b'mod speċifiku lejn l-edukaturi kollha, li huma meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-ostilità lejn it-tfal u għall-applikazzjoni ta’ miżuri konkreti li mhux biss jippermettulhom li jsolvu l-problema, iżda li jipprevjenuha wara li din tiġi identifikata.
L-għanijiet tal-proġett jitwettqu permezz tal-involviment dirett ta' atturi soċjali, l-ewwel fost dawn l-iskejjel, bażikament dawk primarji, sabiex tiġi kodifikata l-lista tar-regoli tal-paċi. L-għanijiet ta' ProSAVE jitwettqu wkoll permezz tal-organizzazzjoni ta’ esperjenzi flimkien ma' ġenituri, ma' edukaturi indiretti oħra u ma' persuni li jfasslu l-politika, u billi kull wieħed u waħda minn dawn isiru protagonisti ta’ dan il-proċess.
There are no comments.
User Block
Hi Guest
IP: 23.20.103.100

Username
Password